L-Intelliġenza Artifiċjali (AI) tassisti lil min juża l-app billi tillivella l-mistoqsijiet u tgħaddi minn mistoqsija għal oħra skont il-progress tal-utent. Dan jagħmel l-app Bobot tal-ewwel tax-xorta tagħha, bl-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fil-lingwa Maltija.
L-app tista’ titniżżel b’xejn mill-Google Play jew mill-App Store. Tista’ taqra l-PR dwar il-proġett u ssegwi din il-video clip dwar l-app.
Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz taI-Voluntary Organisations Project Scheme, amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur tal-Volontarjat.