Bi pjaċir Fondazzjoni Sagħtar illum nediet il-pjattaforma e-Sagħtar, biex tkabbar l-operat tagħha u tilħaq għan edukattiv ieħor li nħolqot għalih: li toffri l-korsijiet lill-edukaturi u l-pubbliku inġenerali.
Il-proġett twettaq permezz tal-iskema VOPS, amministrata mill-Malta Council for the Voluntary Sector fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.
Biex tkun taf aktar u sabiex tibbukkja postok klikkja fuq Korsijiet – Fondazzjoni Saghtar jew ibgħat email lil korsijiet@saghtar.org.mt.