Deħlin sew f’Novembru u għalhekk f’idejna għandna t-tieni ħarġa tas-Sagħtar għall-2024-2025. Ir-rivista ta’ 56 paġna mimlija stejjer, artikli, poeżiji u logħob interessanti.
Pereżempju qatt smajt bis-Salini tal-Arluġġar f’Għawdex? Kif se tispiċċa l-istorja tal-qmis imtebbgħa ta’ Mastru Gerfex? U dax-xahar x’se jivvinta s-sabi jismu Seb? Tixtieq tirbaħ munita kommemorattiva, board game jew xi ktieb?
Mela aqbad is-Sagħtar f’idejk, jew abbona jekk qed taħsibha, u ssib dawn u ħafna u ħafna iktar!
Ħu gost!