Jerġa’ jibda jixxandar il-programm Sagħtar FM!

Dan ix-xahar reġa’ beda jixxandar il-programm tar-radju Sagħtar FM fuq RTK 103.
 
Din is-sena wkoll il-programm hu ddedikat għar-rivista Sagħtar imma bi ftit differenza. Minbarra l-intervisti ma’ kontributuri diversi u persuni involuti fil-produzzjoni tar-rivista, il-programm jinkludi kwizz eċitanti bejn l-iskejjel! Tgħid min se jirbaħ?
 
Sagħtar FM jixxandar nhar ta’ Ħamis fis-1.30pm b’ripetizzjoni nhar ta’ Ġimgħa fil-5.00 pm, u hu ppreżentat minn Maria Laura Vella Clark. Segwuna fuq RTK 103 jew online fuq https://www.youtube.com/@Newsbook_Malta/videos
 
Il-programmi li jkunu diġà xxandru tistgħu ssegwuhom ukoll minn dan is-sit stess, minn din il-ħolqa: https://saghtar.org.mt/saghtar-fm/
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.