Wirja bit-tpinġijiet – Sagħtar 400

Ftit tal-ġimgħat ilu stedinna lit-tfal biex jibagħtulna tpinġija sabiex tintgħażel waħda li se tkun il-qoxra tal-400 ħarġa tas-Sagħtar. It-tpinġijiet li rċevejna jgħoddu l-mijiet u ser ikunu esebiti fl-uffiċċji ta’ Fondazzjoni Sagħtar fil-Ħamrun mit-Tnejn 23 sal-Ġimgħa 27 ta’ Marzu matul il-ħinijiet tal-uffiċċju, bejn it-8.30 am u s-1.00 pm u mis-2.00 pm sal-4.00 pm. Xi wħud minnhom jidhru hawn. Grazzi lil kull min ipparteċipa.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.