Il-ħarġa tas-Sagħtar ta’ Jannar, l-ewwel waħda tal-2026, hawn! Din hi r-raba’ ħarġa ta’ din is-sena skolastika, mimlija informazzjoni interessanti, stejjer eċitanti, logħob li kulħadd jieħu gost bih u tant kompetizzjonijiet, u żżomm mat-tradizzjoni tas-Sagħtar bħala l-iktar magażin imfittex mit-tfal u ż-żgħażagħ Maltin.
Fl-aħħar u mhux l-inqas, nixtiqulkom ilkoll is-sena t-tajba!



