Fondazzjoni Sagħtar wettqet il-proġett Flimkien Kontra l-Vjolenza, li kien jikkonsisti minn ktieb bit-titlu
Milo – Vjolenza Qatt u ma’ Ħadd, li se jkun qed jitqassam fl-iskejjel primarji, toolkit għall-edukaturi bit-titlu
Inwaqqfu l-Vjolenza Flimkien u konferenza dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, bit-titlu “L-Edukazzjoni Twaqqaf il-Vjolenza”.
Tistgħu taraw il-vidjow tal-proġett hawn:
Video- Education Stops ViolenceDan il-proġett, bit-titlu
Vjolenza Qatt u ma’ Ħadd, amministrat minn Fondazzjoni Sagħtar, hu ffinanzjat mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika u s-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi permezz tal-programm Together We Empower.