Fondazzjoni Sagħtar – reġistrazzjoni għall-konferenza

Fondazzjoni Sagħtar tistieden lill-edukaturi biex jirreġistraw għall-konferenza bit-titlu “L-Edukazzjoni Twaqqaf il-Vjolenza”.

Din hija konferenza għall-edukaturi dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, bil-parteċipazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg u l-Kummissarju Samantha Pace Gasan.

L-Erbgħa, 29 t’Ottubru 2025
8.30 am – nofsinhar

Salini Resort

IRREĠISTRA HAWN – il-postijiet huma limitati

Il-proġett, immexxi minn Fondazzjoni Sagħtar (VO/1824), hu ffinanzjat mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, u għandu s-sostenn ukoll tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi permezz tal-programm Together We Empower.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.