Edizzjoni speċjali tas-Sagħtar – Il-Malti għall-Barranin

“Il-Malti għall-Barranin” huwa edizzjoni speċjali tar-rivista Sagħtar.

Din l-edizzjoni speċjali hi maħsuba l-iktar għall-istudenti barranin li għadhom kif bdew l-istudji tagħhom tal-lingwa Maltija, imma timmira li tgħin lill-istudenti wkoll biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-kultura tagħna u jintegraw aħjar fis-soċjetà.

Il-magażin se jitqassam b’xejn fl-iskejjel biex jintuża mill-edukaturi u l-istudenti. Jekk jogħġbok aqra l-PR dwar il-proġett.

Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz tal-iskema Small Initiatives Support, amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur tal-Volontarjat.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.