Biex issaħħaħ il-missjoni u l-ħidma tagħha, Fondazzjoni Sagħtar qed tfittex biex timpjega Support Teacher biex jaħdem minn Malta.
Fost id-dmirijiet tal-kandidat magħżul hemm it-tagħlim, li jassisti fl-amministrazzjoni ta’ Fondazzjoni Sagħtar, li jaħdem fuq il-pubblikazzjonijiet u l-promozzjoni tagħhom, ifassal u jmexxi programmi biex jippromwovi l-edukazzjoni, u dmirijiet oħrajn kif spjegat fis-Sejħa għall-Applikazzjonijiet.
L-applikanti jrid ikollhom f’idejhom:
• il-kwalifika ta’ għalliem
• il-Warrant Permanenti ta’ Għalliem
• 3 snin esperjenza tat-tagħlim full-time
Kwalifika fil-Malti u/jew fl-Ingliż u kwalunkwe kwalifika jew esperjenza relevanti fil-pubklikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kotba, u/jew esperjenza fil-media, il-marketing u l-komunikazzjoni jingħataw importanza kbira.
L-applikazzjonijiet iridu jaslu għand il-Fondazzjoni sa nofsinhar tat-Tnejn 16 ta’ Ġunju 2025.
VO/1824
Idħol HAWN għal aktar dettalji.
Idħol HAWN biex taċċessa l-formola tal-applikazzjoni.