Sagħtar 2025-2026 – skejjel/gruppi – Offerta 10+

Għal darba oħra Fondazzjoni Sagħtar qed terġa’ tagħmel l-Offerta 10+, ideali għall-iskejjel u gruppi oħra, għar-rivista Sagħtar għas-sena skolastika li ġejja!


Din l-offerta tapplika ma’ għaxar abbonamenti jew aktar għall-kopji stampati tas-Sagħtar minn Ottubru 2025 sa Mejju 2026.


Permezz tal-offerta:
– kull abbonament jiswa €25 minflok €30
– l-iskejjel jingħataw kopja b’xejn għal-librerija
– il-magażins jitwasslu b’xejn l-iskola jew f’indirizz wieħed f’Malta jew Għawdex għal kull ordni.


Grazzi tas-sostenn tagħkom!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.