Hawn hi l-ħarġa tas-Sagħtar tas-sajf!
Ħarġa 394 tas-Sagħtar (Sajf 2025) hi l-aħħar waħda għal din is-sena skolastika. Sena oħra taret bħal ħolma! Din il-ħarġa wkoll mimlija artikli informattivi, stejjer, informazzjoni interessanti, logħob u diversi kompetizzjonijiet. Il-ħarġa tinkludi temi sajfin imma mhux biss.
Nittamaw li din il-ħarġa u l-oħrajn ta’ qabilha sibtuhom interessanti, informattivi u divertenti. Tinsewx tipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet ta’ din il-ħarġa.
Nawgurawlkom sajf mill-aqwa u tinsewx tabbonaw għas-sena skolastika li jmiss!