Bħala parti mill-ħidma tagħha li tipprovdi esperjenzi edukattivi professjonali, Fondazzjoni Sagħtar nediet sitt korsijiet qosra ġodda għall-adulti.
Il-korsijiet, li jsiru wiċċ imb wiċċ u huma maħsuba għall-edukaturi, il-ġenituri u l-pubbliku inġenerali, jinkludu temi bħall-użu tad-drama fl-edukazzjoni; Malti għall-barranin; kif tgħin lil uliedek jiffjorixxu fl-iskola; il-mindfulness u l-benesseri tal-edukaturi; l-Intelliġenza Artifiċjali u l-għodod diġitali; u d-diversità fil-kuntest edukattiv.
Il-korsijiet se jsiru minn edukaturi kwalifikati u se jibdew f’April 2025. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa għal dawk li jixtiequ jaħsbu kmieni u l-postijiet huma limitati.
Biex tkun taf aktar u sabiex tibbukkja postok klikkja fuq Korsijiet – Fondazzjoni Saghtar jew ibgħat email lil korsijiet@saghtar.org.mt.