Sagħtarin 2024-2025 – skejjel/gruppi – Offerta 10+

Fondazzjoni Sagħtar tapprezza ħafna l-interess qawwi li wrejtu f’Sagħtarin, il-ktieb tal-attivitajiet għas-snin bikrin. Għalhekk bi pjaċir tħabbar li se tippubblika sensiela oħra ta’ 4 edizzjonijiet matul is-sena skolastika li ġejja, f’Novembru 2024 u f’Jannar, Marzu u Mejju 2025.

Bħalma ġara s-sena l-oħra, l-iskejjel u l-gruppi jistgħu jibbenefikaw mill-Offerta 10+ meta jabbonaw għas-sensiela kollha. L-offerta tapplika ma’ għaxar abbonamenti jew aktar.

Permezz tal-offerta:
– kull abbonament jiswa €13 minflok €15
– l-iskejjel jingħataw kopja b’xejn għal-librerija
– il-kotba jitwasslu b’xejn l-iskola jew f’indirizz wieħed f’Malta jew Għawdex għal kull ordni.

Grazzi tas-sostenn tagħkom!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.