Hawn hi l-aħħar edizzjoni tas-Sagħtar ta’ din is-sena (n. 362 – Sajf 2021)! Fiha nsiru nafu x’sar mill-ħwejjeġ ta’ ġol-armarju, naqraw dwar is-sigriet tas-senduq li sabu ż-żewġ kuġini fix-xelter tal-Ħamrun, nitgħallmu dwar il-missjoni li għaddejja fuq il-Pjaneta Mars u nieħdu gost b’diversi poeżiji u kitbiet oħrajn, ħafna minnhom relatati mas-sajf.
Mela aċċessa s-Sagħtar minn saghtar.org.mt jew ixtrih stampat mill-ħanut u gawdi s-sajf b’ħafna qari tajjeb!
Verżjoni diġitali HAWN.
Verżjoni stampata mill-ħanut HAWN – min għandu abbonament diġà ser ikun qiegħed jirċevih fil-jiem li ġejjin.