Is-“Sagħtar” reġa’ magħna!

Idħol HAWN biex taċċessa l-edizzjoni l-ġdida tas-“Sagħtar”! (Kemm tirreġistra u tkun ċert li logged in).

Ilna nistennewh u fl-aħħar wasal! L-ewwel ħarġa tar-rivista “Sagħtar” maħruġa mill-Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT, dik t’Ottubru 2020, għadha kif ittellgħet fis-sit saghtar.org.mt. Did-darba se tkun rivista diġitali, li tista’ taqraha meta trid minn fuq kompjuter, mobile jew tablet, u tinkludi materjal varjat, informattiv, divertenti u interattiv. Mela fittex irreġistra b’xejn f’dan is-sit u ħeġġeġ lil tal-familja u l-ħbieb biex jirreġistraw ukoll, biex taraw l-edizzjoni l-ġdida ta’ “Sagħtar”! Issibu wkoll l-edizzjonijiet passati kollha, flimkien ma’ siltiet moqrija minn qarrejja differenti, u kultant mill-awturi stess! Is-“Sagħtar” se jibqa’ joħroġ kull xahar matul is-sena skolastika sa Mejju 2021.

Minn qalbna nirringrazzjaw lill-kontributuri kollha li permezz tagħhom huwa possibbli li nagħmlu s-“Sagħtar” – kittieba, illustraturi, membri tal-bord editorjali u persuni oħrajn. Nirringrazzjaw ukoll lill-edukaturi kollha li se jagħmlu użu minnu fil-klassi. Nieħdu gost nirċievu kummenti u suġġerimenti kif nistgħu ntejbu din l-esperjenza edukattiva u divertenti tal-istudenti.

Nawgurawlkom ħafna qari interessanti, gost u divertiment permezz ta’ dan il-magażin magħmul għalikom it-tfal. Il-qari t-tajjeb!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.