FS05-25 L-Intelliġenza Artifiċjali u l-għodod diġitali bħala għodod pedagoġiċi

Original price was: €50.00.Current price is: €40.00.

FS05-25 L-Intelliġenza Artifiċjali u l-għodod diġitali bħala għodod pedagoġiċi

Mogħti minn: Dr Patrick Camilleri, is-Sur Gerard Said, is-Sur David Deguara

Deskrizzjoni tal-kors:
Il-kors jiffoka fuq il-fehim tad-dinja tal-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Chat GPT u l-irwol importanti tagħhom fl-edukazzjoni, u kif l-AI u d-diġitalizzazzjoni jistgħu jkunu għodod pożittivi fil-klassi u lil hinn minnha. Madankollu importanti nifhmu d-diffikultajiet u r-riskji li dawn l-għodod jistgħu jippreżentaw. B’mod partikolari nindirizzaw il-fatt li f’dinja dejjem aktar diġitalizzata, l-element “uman” għandu jibqa’ pedament kruċjali mhux biss tas-sistema edukattiva iżda wkoll tas-soċjetà kollha kemm hi.

Il-post:
Is-sessjonijiet se jsiru f’dan l-indirizz:
MUT, 759, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun HMR1016

Id-dati u l-ħinijiet:
Nhar t’Erbgħa mill-16.30 sas-18.00
30 t’April, 7 ta’ Mejju, 14 ta’ Mejju, 21 ta’ Mejju, 28 ta’ Mejju

Dettalji oħra:
Il-kors se jingħata bl-Ingliż
Jingħata Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni
Maħsub għall-edukaturi kollha u għall-pubbliku inġenerali
Tingħata preferenza lil min jibbukkja l-ewwel
Il-kors jingħata jekk jintlaħaq il-minimu ta’ parteċipanti meħtieġa

In stock

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.