FS02-25 Malti bażiku għall-barranin

Original price was: €50.00.Current price is: €40.00.

FS02-25 Malti bażiku għall-barranin

Mogħti minn: Is-Sur Chris Giordano

Deskrizzjoni tal-kors:
Il-kors tal-“Malti Bażiku” huwa intenzjonat għall-adulti, speċjalment barranin li jgħixu Malta, li jixtiequ jifhmu u jkunu kapaċi jikkomunikaw bil-Malti f’livell bażiku. Il-kors jgħin f’sitwazzjonijiet bħal meta tiltaqa’ ma’ persuna ġdida, meta jkollok bżonn xi servizz, meta tistaqsi għal xi direzzjoni, f’appuntamenti tas-saħħa u iktar. Joffri wkoll informazzjoni interessanti dwar il-lingwa Maltija, il-kultura, tradizzjonijiet u drawwiet.

Il-post:
Is-sessjonijiet se jsiru f’dan l-indirizz:
MUT, 759, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun HMR1016

Id-dati u l-ħinijiet:
Nhar ta’ Ġimgħa mill-16.30 sas-18.00
2 ta’ Mejju, 9 ta’ Mejju, 16 ta’ Mejju, 23 ta’ Mejju u 30 ta’ Mejju 2025

Dettalji oħra:
Mhux meħtieġ li tkun taf bil-Malti minn qabel
Il-kors se jingħata bl-Ingliż imma jintuża l-Malti
Jingħata Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni
Maħsub għall-barranin li jgħixu Malta u għall-pubbliku inġenerali
Tingħata preferenza lil min jibbukkja l-ewwel
Il-kors jingħata jekk jintlaħaq il-minimu ta’ parteċipanti meħtieġa

In stock

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.