FS01-25 L-użu tad-drama fl-edukazzjoni

Original price was: €50.00.Current price is: €40.00.

FS01-25 L-użu tad-drama fl-edukazzjoni

Mogħti minn: Is-Sa Maria Laura Vella Clark

Deskrizzjoni tal-kors:
L-għan ta’ dan il-kors se jkun li jipprovdi l-għodod u r-riżorsi meħtieġa biex itejjeb il-kreattività u t-tagħlim fil-klassijiet u fl-iskola b’mod ġenerali permezz tal-użu tad-drama. Dan il-kors se jiffoka fuq kif wieħed jista’ jindirizza problemi emozzjonali u nuqqas ta’ komunikazzjoni permezz tal-ħiliet fid-drama. Se joffri ideat dwar kif dan jista’ jsir fil-klassijiet, kif id-drama tista’ tiġi inkorporata f’suġġetti diversi, kif wieħed għandu jaħseb b’mod iktar kritiku u kreattiv, u anke kif id-drama tista’ tgħinek tesprimi lilek innifsek aħjar. Se jiġu diskussi wkoll l-effetti terapewtiċi tad-drama, li biha wieħed jista’ jikkontrolla l-istress u l-ansjetà.

Il-post:
Is-sessjonijiet se jsiru f’dan l-indirizz:
MUT, 759, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun HMR1016

Id-dati u l-ħinijiet:
Nhar ta’ Tnejn mill-16.30 sas-18.00
28 t’April, 5 ta’ Mejju, 12 ta’ Mejju, 19 ta’ Mejju u 26 ta’ Mejju 2025

Dettalji oħra:
Mhux meħtieġ li jkollok għarfien jew esperjenza fid-drama
Il-kors se jingħata bil-Malti
Jingħata Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni
Maħsub għall-edukaturi kollha u għall-pubbliku inġenerali
Tingħata preferenza lil min jibbukkja l-ewwel
Il-kors jingħata jekk jintlaħaq il-minimu ta’ parteċipanti meħtieġa

In stock

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.