Politika ta’ Privatezza
Fondazzjoni Sagħtar tirrispetta l-privatezza tal-membri tagħha u tal-viżitaturi ta’ dan is-sit elettroniku, u hija impenjata li tipproteġiha, f’konformità sħiħa mal-liġijiet preżenti dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu tat-tali data.
L-informazzjoni miġbura hija meqjusa bħala kunfidenzjali u ma jsirx użu minnha ħlief strettament għall-finijiet relatati max-xogħol tal-Fondazzjoni. Fuq kollox, bl-ebda mod ma tkun distribwita jew imqassma ma’ terzi.
Fondazzjoni Sagħtar ma żżomm ebda dettall ta’ credit cards jew informazzjoni oħra marbuta mal-ħlas.